Każin Banda

Każin Banda Santa Marija

Fl-1808, dan il-każin twaqqaf minn sempliċiment ħanut tal-inbid sal-każin maestuż tal-banda preżenti llum. 

Il-festa ta’ Santa Marija kienet u għadha festa popolari fost il-Maltin, l-aktar fejn il-knisja tar-raħal ikollha lil Santa Marija bħala patruna. Tradizzjonalment Santa Marija hija marbuta mal-Konvoj ta’ Santa Marija li ġab provvisti tikel tant meħtieġa lill-Maltin. Dan seħħ eżattament fil-15 ta’ Awwissu, 1942, fl-għeqqel tat-Tieni Gwerra Dinjija. Ir-raħal ta’ Ħal Għaxaq fix-Xlokk ta’ Malta mhuwiex eċċezzjoni hekk kif il-knisja tiegħu hija ddedikata lill-Assunta ta’ Marija sa mill-1511.  

Sa Mill-1808, hemm dokumentat li r-raħal ta’ Hal Għaxaq ġie kien iċċelebra din il-festa, kemm il-parti reliġjuża kif ukoll dik esterna, b’ħeġġa u pompa liema bħala. L-aspett reliġjuż kien rifless fil-fatt li l-istatwa artistika saret mill-iskultur magħruf Mariano Gerada. Dan kien iffinanzjat minn Gio Maria Farrugia (1763–1828) u sewa 800 skud. Sar ukoll pedestall artistiku. L-għeruq tal-familja Farrugia huwa espost fil-każin tal-Banda ta’ Santa Marija li dak iż-żmien kellhom ukoll il-ħanut tal-inbid tagħhom u li kienu jqattgħu ħafna mill-ħin jitkellmu l-aktar dwar il-festa, sena wara l-oħra 
Ħanut wieħed kien jismu t’Indri l-Mikk. In-nies kienu jiltaqgħu hemm u minħabba l-interess tan-nies tal-post fil-festa, din il-waqfa kienet isservi bħala l-waqfa tal-każin tal-banda preżenti. Indri ħa fuqu li jorganizza l-festa esterna (Titulari) ta’ Santa Marija. Il-faċċata tal-knisja kienet imdawla b’mijiet ta’ lampi taż-żejt. Dan kien xogħol il-familji Gatt, Duca, Desira u Scicluna 

Fl-1873 in-nies imsemmija hawn fuq esploraw il-possibilità li minn dan il-ħanut jimxu għal bini ferm akbar. Intlaħaq qbil dwar ix-xiri ta’ dar kbira fil-pjazza magħrufa bħala ta’ Bukkettuwa. Wara li tlesta l-ewwel xogħol, il-każin sar magħruf bħala Circolo La Stella. 

Kien f’ta’ Petistina li saret l-ewwel seduta ġenerali, u ġie miftiehem li l-ewwel membri uffiċjali tal-kumitat jitilgħu permezz ta’ votazzjoni. Għaldaqstant ġie elett l-ewwel kumitat li kien magħmul minn Felic Gatt, Joseph Grima, Joseph Scicluna u Geraldu Scicluna kif ukoll żdiedu aktar membri, bħal Agius, Abdilla u Gravina. Aktar tard, fl-1935, twaqqfet ukoll l-banda bl-isem ta’ banda Santa Marija. 

Minn dakinhar għaddew ħafna snin u llum il-każin tal-banda għandu numru kbir ta’ membri u segwaċi. Illum, il-Każin tal-Banda huwa rinomat ukoll għall-organizzazzjoni tal-Festival tal-Mużika ta’ Ħal Għaxaq, festival ta  bejn jumejn u ħames t’ijiem li jkun organizzat qabell-isetss festa fil-bidu tAwwissu. Mill-2008, il-Festival kellu artisti u baned rinomati bħal: Tracy Shields in a Tribute to Celine Dion (2008), Rhapsody UK in a Tribute to the Legendary Queen (2009 u 2011), U2UK (2009), ABBA UK (2010), Gimme ABBA (2011), Sheyla Bonnick mill-BoneyM oriġinali (2011) u l-grupp leġġendarju SMOKIE (2012). Dan il-festival beda fl-1998 bħala Kunċert fit-Triq u minn dak iż-żmien ‘l hawn kien fih ukoll ħafna gruppi u kantanti Maltin bħal: Tribali, Wintermoods, Scream Daisy, Freddie Portelli, Joe Brown Band u “Għannejja” Maltin rinomati fost artisti u DJs lokali magħrufa bħal; Carl Bee, DJ Ruby u DJ Armani. 

Il-Każin għandu wkoll ħafna dekorazzjonijiet artistiċi fit-toroq, li jikkonsistu f’numru kbir ta’ statwi u l-kollonni tagħhom li jmorru lura għal aktar minn 100 sena ilu. Dawn jikkumplimentaw flimkien ma’ settijiet ġodda ta’ drappijiet, pilandri u statwi oħra jżejnu r-raħal matul l-ewwel ġimagħtejn ta’ Awwissu. 

 

Il-logħob tan-nar għandu sehem importanti waqt il-festa tradizzjonali Maltija. Il-kumpless tan-Nar ta’ Santa Marija jikkonsisti f’numru ta’ pirotekniċi li jaħdmu b’mod volontarju fl-arti tal-manifattura tal-logħob tan-nar. Dawn il-piroktekniċi kisbu numru ta’ suċċessi ewlenin fosthom l-1 post f’numru ta’ Festivals tan-nar lokali u Internazzjonali. Dawn il-festivals kienu jikkonsistu kemm f’dak tal-logħob tan-nar tal-ajru kif ukoll dak tal-art. Il-Pirotekniċi tal-kumpless tan-Nar ta’ Santa Marija kienu mistednin ukoll biex jieħu sehem fil-Festival Fireworks One tal-2011 f’Foggia, San Severo, l-Italja fejn inkiseb is-suċċess mixtieq. 

.

 

Għaldqstant, wara s-suċċess kbir li nkiseb fl-2011, il-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq ippreżentalhom ukoll il-“Ġieħ Ħal Għaxaq”, premju prestiġjuż li jingħata kull sena lill-individwi li jaħdmu fil-qalba tal-komunità u li kif ukoll jiksbu suċċess għall-istess raħal. 

Minkejja li dan hu raħal żgħir, in-nies ta’ Ħal Għaxaq għandhom għal qalbhom l-festa ta’ Santa Marija, dan hu evidenti fid-dedikazzjoni li tiġi murija matul it-tliet ġimgħat sħaħ tattivitajiet reliġjużi u esterni għall-festa Titulari ta’ Santa Marija. 

Każin Banda San Ġużepp

Il-Każin tal-Banda San Ġużepp ġie mwaqqaf fl-1874 bl-għan ewlieni li jorganizza u jsaħħaħ il-festa ta’ San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Konfraternita’ ta’ San Ġużepp, organizzazzjoni antika tal-Knisja Kattolika li tmur lura għal madwar l-1689. Minn dak iż-żmien, il-każin tal-Banda ħa taħt il-kappa tiegħu l-festi esterni filwaqt li l-Konfraternità kkonċentrat fuq iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Il-Każin kien jipparteċipa wkoll fil-festa ta’ Santa Marija sal-bidu tas-snin ħamsin, meta eventwalment din il-parteċipazzjoni twaqfet. 

 

Bħalissa, il-festa ta’ San Ġużepp tiġi ċċelebrata kull sena fl-ewwel Ħadd ta’ Ġunju, għalkemm fis-snin l-imgħoddija din kienet tkun iċċelebrata fil-bidu ta’ Mejju. 

 

L-akbar proġett li qatt kellu l-każin tal-banda żgur li kienet il-binja tal-istess każin. Il-proġett kien mifrux fuq numru ta’ snin sa mill-bidu tas-snin tmenin fejn wara F’mejju tas-sena 2000 sar il-ftuħ uffiċjali tal-istess każin. Il-każin xtara proprjetà li kienet mikrija qabel kif ukoll proprjetà oħra ta’ maġenb l-istess każin. Twaqqgħu l-istrutturi antiki u inbena mill-ġdid il-każin preżenti. Il-bini huwa meqjus bħala eżempju ewlieni tal-arkitettura fuq stil barokk Malti, u li jesponi s-sengħa mill-aqwa fix-xogħol tal-ġebla Maltija. Kull min iżur dan il-każin jista’ jinnota t-taraġ mill-isbaħ mgħaqqad bi struttura ta’ koppla li tinsab fis-saqaf tal-istess każin. Dan il-każin huwa m’għammar b’xogħol ta’ skultura mill-aqwa li jżejnu d-diversi ħitan li nsibu , soqfa, gwarniċuni u pedestalli, u s-swali tal-ewwel sular. 

Fl-ewwel sular, hemm ukoll niċċa bl-istatwa l-antika ta’ San Ġużepp, li ġiet mibdula fl-1933 bl-istatwa devozzjonali preżenti miżmuma fil-Knisja għad-devozzjoni tal-komunità Għaxqija. L-istatwa l-antika ġiet restawrata fis-sena 2010 ukif ukoll irriżulta li l-istatwa tal-injam x’aktarx kienet manifatturata f’Malta għall-ħabta tas-sena 1650. Din id-datahija bbażata kemm fuq l-istil tat-tinqix kif ukoll mill-età evidenti tal-injam. Il-knisja preżenti ta’ Ħal Għaxaq inbniet madwar dak l-istess żmien. L-istatwa għalhekk hija prova ewlenija tad-devozzjoni lejn San Ġużepp u għandha wkoll valur storiku u artistiku signifikanti. Din l-istatwa hija l-eqdem statwa devozzjonali eżistenti f’Ħal Għaxaq u waħda mill-eqdem li għadhom jeżistu fil-Gżejjer Maltin.  

Il-każin tal-banda għandu wkoll żewġ propjetajiet oħra separati: il-fabbrika tal-logħob tan-nar li hija rinomata għall-manifattura tax-xogħol tan-nar tal-festa u l-maħżen tal-Armar tal-festa, li jinkludi it-tiżjin tat-toroq tal-festi mill-isbaħ fuq stil barakk. Il-kamra tan-nar rebħet l-edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-logħob tan-nar ġewwa Villa de Bilbao fis-sena 2010 kontra avversarji internazzjonali rinomati mad-dinja kollha. 

Il-festa ta’ San Ġużepp tiġi ċċelebrata tul għaxart t’ijiem sħaħ. Waqt li folol kbar ta’ nies jikkonkorru bi ħġarhom fit-toroq ta’ Ħal Għaxaq, l-istess raħal jilbes l-aqwa libsa tiegħu bil-kulur l-aħdar li huwa l-kulur tal-partit ta’ San Ġużepp. Ir-raħal  u huwa mżejjen kollu kemm hu b’armar mill-isbaħ li jsir minn diversi artisti Għaxqin u oħrajn rinnomati f’Malta u Għawdex. 

Il-banda tal-każin stess u baned oħra mistiedna jdoqqu l-marċi tal-banda tradizzjonali Maltin. Matul dawn il-jiem ta’ festa dawn il-marċi jallegraw lill-partitarji Ġużeppini, dilettanti u turisti li jkunu qed jistennew il-festa bi ħġarhom. Parti integrali mil-attrazzjonijiet ewlenin tal-festa saru l-kunċerti fit-toroq, li ħafna drabi jiġbdu attendenzi numerużi lejhom. Matul il-ġimgħa jsiru diversi spettakli tan-nar, li dawn jilħqu l-qofol tagħhom fl-ispettaklu ta’ lejliet il-festa, magħruf bħala ‘The Flames of Fire’ u f’jum il-festa permezz tal- ‘kaxxa infernali tradizzjonali’. Il-qofol tal-festa jintlaħaq permezz tal-purċissjoni devozzjonali bl-istatwa ta’ San Ġużepp madwar it-toroq tar-raħal. Din il-festa żiedet il-popolarità tagħha matul is-snin u tiġbed udjenzi kbar lejn l-istess raħal. Din kompliet tgħolli isem Ħal Għaxaq fil-qasam tal-festi madwar Malta u Għawdex kollu. 

 

“Ite ad Josef”